Ritratti: L-ewwel tlitt ijiem tal-pellegrinaġġ tal-Arċisqof maż-żgħażagħ fl-Art Imqaddsa

  • Bħalissa, l-Arcisqof Charles J. Scicluna u grupp ta’ 28 żagħżugħ u żagħżugħa jinsabu waqt pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa u qed iżuru l‑aktar postijiet sagri u importanti għall‑fidi Nisranija. Il-pellegrinaġġ beda nhar it-Tnejn li għadda u l-grupp żar postijiet bħall-Bażilika tal-Lunzjata, fejn l-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li ser issir Omm Alla, id-dar ta’ San Ġużepp f’Nazaret u tela’ wkoll fuq il-Muntanja Tabor fejn għamlu mument ta’ talb u riflessjoni fuq it-trasfigurazzjoni ta’ Ġesù. Il-grupp jinkludi żewġ koppji li waqt iż-żjara fis-Santwarju ta’ Kana fil-Galilija ġeddew il-wegħdiet tas-Sagrament taż-Żwieġ.

    Il-pellegrinaġġ ta’ tmint ijiem, immexxi mill-Arċisqof Scicluna, hu organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa flimkien mal-Malta Catholic Youth Network (MCYN).

    Agħfas hawn biex tara l-vloggs li l-Arċisqof Scicluna qed jagħmel ta' kuljum mill-Art Imqaddsa.


    6
  • Ritratti: knisja.mt/ritratti - Ian Noel Pace