• L-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-grupp ta’ pellegrini żgħażagħ waslu Malta dalgħodu wara pellegrinaġġ ta’ tmint ijiem fl-Art Imqaddsa. F’dawn l-aħħar jiem żaru x-Xmara Ġordan fejn ġeddew il-wegħdiet tal-maghmudija, il-qabar ta’ Lazru, il-belt ta’ Ġeriko u l-Baħar il-Mejjet. Huma żaru wkoll il-Bażilika tan-Natività f’Betlehem waqt li f’Ġerusalemm żaru ċ-Ċenaklu, is-Santwarju tad-Dormizzjoni tal-Madonna u l-Bażilika tal-Ġetsemani fost l-oħrajn. Il-pellegrinaġġ laħaq il-qofol tiegħu b’purċissjoni b’riflessjoni fuq il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej u biċ-1ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Għid fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu.

    Il-pellegrinagg, immexxi mill-Arċisqof Scicluna, kien organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa flimkien mal-Malta Catholic Youth Network (MCYN).

    Agħfas hawn biex tara l-vloggs li l-Arċisqof Scicluna għamel ta’ kuljum mill-Art Imqaddsa.

    6

  • Ritratti: Kurja – Knisja.mt/ritratti