• Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ser torganizza kunċert b’xejn għall-pubbliku. Dan se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, fit-8pm.

    Il-kunċert Exultet se jinkludi fih kant ta’ stil Gregorjan minn Juri Camisasca, kant-awtur Taljan, flimkien ma’ mużiċisti oħra mill-Italja. Il-kunċert se jdum madwar 80 minuta.

    Għalkemm dan il-kunċert mużikali huwa b’xejn, dawk kollha li jixtiequ jattendu jridu jiksbu l-biljetti tagħhom minn www.ticketline.com.mt. Kull min se jżur Malta minn barra xorta jista’ jirreġistra mill-pajjiż tiegħu.

    Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann tfakkar lil dawk li ser jattendu li żraben bit-takkuna mhumiex permessi fuq il-paviment tal-irħam. Għal iktar informazzjoni tista’ tinkiseb b’imejl fuq [email protected] jew b’telefonata fuq +356 22480 400.