• San Mattew 12:14-21 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm.

    Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! Jien inqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus. Ma jiksirha ma’ ħadd, ma jgħollix leħnu u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez. Qasba mġelġla ma jiksirhiex, u musbieħ inemnem ma jitfihx, sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa, u f’ismu jittamaw il-ġnus”.