Ritratti: L-insinji episkopali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi


  •  
  • Iċ‑ċurkett jesprimi l‑fedeltà tal‑isqof lejn il‑Knisja, l‑għarusa ta’ Kristu. Fil‑passat, iċ‑ċurkett kien jingħata b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d‑dokumenti uffiċjali u b’sinjal tal‑għerusija tal‑Isqof mad‑djoċesi tiegħu. Iċ‑ċurkett li se jingħata Mons. Joseph Galea‑Curmi waqt il‑Quddiesa Pontifikali tal‑Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal mingħand l‑Arċisqof Charles J. Scicluna.


     
  • Il‑mitra tirrapreżenta l‑ħerqa tal‑isqof biex jimxi ’l quddiem fit‑triq tal‑qdusija. Il‑mitra li se jilbes Mons. Joseph Galea‑Curmi hija rigal mill‑parroċċa ta’ Ħal Balzan.


     
  • Il‑baklu jfakkar li l‑isqof hu ragħaj li jrid jieħu ħsieb il‑merħla. Il‑baklu ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi huwa rigal milll‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.


     
  • Ritratti: Kurja - knisja.mt/ritratti