• ***

    Direttur:          Andrew Pearce

    Atturi:              Jodie Foster, Sterling K. Brown, Sofia Boutella, Jeff Goldblum, Brian Tyree Henry, Jenny Slate, Zachary Quinto u Charlie Day

    Ħin tal-Film:    94 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  18

    Fil-21 ta’ Ġunju, minħabba il-privitazzazzjoni tal-ilma, qam irvell ġewwa Los Angeles. Ħafna ma setgħux iħallsu għall-ilma li għola ħafna. Biex jieħdu vantaġġ f’din il-qagħda kaotika, erba’ ħallelin Sherman u Lev, aħwa flimkien ma’ Buke u P-22, jidħlu jisirqu bank. Minħabba li ma kellhomx il-ħila jiftħu s-safe, iddeċidew li jisirqu kull ma jsibu fuq l-ostaġġi. Lev jisraq pinna minn wieħed mill-ostaġġi li wissieh li kien sejjer jagħmel żball kbir. Meta ħarġu mill-bank, isibu l-pulizija lesti għalihom b’riżultat li l-ħallelin joqtlu numru minnhom iżda huma stess jintlaqtu. P-22 imut waqt li Buke u Lev jiġu feruti serjament. Sherman ċempel lil Jean “The Nurse” Thomas li kienet tmexxi l-Lukanda Artemis fi qrib. Din il-lukanda dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena kienet isservi aktar ta’ sptar għall-kriminali u tieħu biss dawk li kienu ħallsu l-miżata kull sena. Sherman u Lev jitħallew jidħlu iżda Buke, li ma kienx membru tħalla barra b’forza minn Everest, l-assistent tan-“Nurse”.

    Fil-lukanda kien hemm żewġ klijenti oħra. Dawk li jidħlu f’din il-lukanda jingħataw code skont l-isem tal- kamra fejn kienu rikoverati. Il-code ta’ Sherman kien Wiakiki u dak ta’ Lev, Honolulu. Iż-żewġ klijenti l-oħra kellhom il-codes, Acalpulco u Nice. Nice kienet assassina, l-eks maħbuba ta’ Wiakiki u kienet hemm biex tkun qrib xi hadd magħruf li kienet taf kien ġej fil-lukanda u li fil-fatt kien fil-mira tagħha. In-“Nurse” issir taf li Crosby Franklin, iben Orion Franklin, il-Wolf King, proprjetarju tal-lukanda Artemis u kriminal gwapp f’Los Angeles kien fi triqtu lejn il-lukanda bi ħtieġa urġenti li jkun operat. Sadanittant Wiakiki jiltaqa’ ma’ Nice li jinfurmah fuq il-pinna li Lev kien seraq. Nice tgħidlu li dik il-pinna kienet sejf bi djamanti prezzjużi. Tgħidlu wkoll li l-pinna kienet ta’ Wolf King li ma kontx taċċajta miegħu. F’dan il-kuntest, b’tant kriminali miġburin taħt saqaf wieħed, kif sejra l-qagħda tisvolġi u n-“Nurse” kif sejra żżomm l-ordni biex b’hekk taqdi lil kulħadd? X’kienet ir-raġuni li n-“Nurse” bdiet twettaq dan it-tip ta’ xogħol?  

    Film Amerikan taħt id-direzzjoni u kitba ta’ Drew Pearce. Il-film hu vjolenti u mdemmi ħafna u xi  waqtiet tal-biża’, b’użu tad-droga kif ukoll kliem goff. Ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.