Interessat tibda kors fuq l-istorja tal-Knisja f'Malta jew suġġetti oħra?

  • Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2018, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost il‑11‑il kors offrut mill‑Istitut ta' Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑istorja tal‑Knisja f’Malta, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑Missirijiet tal‑Knisja, l‑ispiritwalità, l‑irwol tan‑Nisrani fis‑soċjetà, u oħrajn.

    Il‑korsijiet offruti huma dawn:

    • L‑Esperjenza Umana ta’ Alla fit‑Talb/The Human Experience of God in Prayer (NQF livell 4)
    • L‑Ispiritwalità Franġiskana/Module in Franciscan Spirituality II (NQF livell 5)
    • L‑Ispiritwalità u l‑Ġustizzja/Module in Spirituality and Justice (NQF livell 5)
    • Alla u l‑Politika/Module in God and Politics (NQF livell 5)
    • Missirijiet tal-Knisja/Lectio Patrum II (NQF livell 5)
    • Niskopru l‑Fidi Nisranija/Discovering the Christian Faith (NQF livell 4)
    • L‑Adolexxenti u l‑Ministeru Pastorali taż‑Żgħażagħ/Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
    • Il‑Ministeru Pastorali tal‑Familja/Family Ministry (NQF livell 5)
    • L‑Istorja tal‑Knisja f’Malta/History of the Church in Malta (NQF livell 5)
    • L‑Għeruq tal‑Fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu /Jewish Roots in Christianity (NQF livell 5)
    • Id‑Dimensjoni Spiritwali fil‑Kura tas‑Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (NQF livell 6)


    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja. Il‑korsijiet huma akkreditati mill‑Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award.

    Il‑prospectus għas‑sena akkademika 2018–2019 jista’ jitniżżel mill-websajt www.maltapfi.org/courses.php. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat imejl fuq pfimalta@gmail.com.