Dr George Abela

Il-President ta’ Malta George Abela qal li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI bejn is-17 u t-18 ta’ April li ġej f’Malta qed tispira ħafna tamiet fost il-poplu Malti. Il-President Abela qal dan f’intervista mal-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattolika ZENIT. Huwa tkellem dwar il-vjaġġ li l-Papa se jagħmel f’Malta biex ifakkar l-1950 anniversarju min-nawfraġju ta’ San Pawl. Fl-intervista huwa ddiskuta wkoll l-għeruq insara ta’ Malta u l-Ewropa in ġenerali, il-problema tal-Immigrazzjoni, is-sentenza tal-Qorti dwar il-kurċifisi fl-iskejjel u kwistjonijiet oħra li ffaċċjat Malta, pajjiż b’maġġoranza kattolika.

Dwar l-ewwel żjara li l-Papa Benedittu XVI se jagħmel f’Malta, il-President tar-Repubblika George Abela qal li din hi żjara li mistennija li tikkontribwixxi għal tiġdid spiritwali fost dawk li jemmnu. Dan minbarra li se tkun opportunita għaż-żgħażagħ biex jaraw u jiltaqgħu mal-Papa u jsiru jafuh aħajr.

Dwar l-għeruq insara ta’ Malta, George Abela qal li “filwaqt li s-siġra jista’ jkun li biddlet il-weraq, l-għeruqq jibqgħu li kienu”. Waqt li l-Istat Malti hu sekulari, qal li ħafna mil-liġijiet tiegħu xorta jirriflettu l-valuri nsara. Stat Sekulari, fi kliemu, ma jfissirx li ma jistax ikun hemm koperazzjoni mal-Knisja f’dak li hu ta’ ġid komuni.

Dwar l-irwol ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, George Abela qal li Malta tagħmel parti mill-Unjoni mhux biss ġeografikament ista wkoll kulturalment. Irrikonoxxa li fil-pajjiż jeżisti consensus dwar post Malta fl-UE. Malta qal li tħoss li għandha rwoli speċjali, fosthom li sseddaq l-għaqda u d-djalogu fost il-pajjiżi u l-kulturi fir-reġjun tal-Mediterran minbarra li taħdem biex jinżammu sħaħ ir-relazzjonijiet tal-UE mad-dionja Għarbija fis-setturi kollha.

Jekk il-Papa għandux xi forma ta’ kontirbuzzjoni għas-soluzzjoni tal-problema tal-immigrazzjoni rregolari f’Malta, il-President Abela qal li l-Papa jista’ permezz tat-tagħlim tiegħu jgħallem iktar dwar il-valur tal-ħajja umana u li kulħadd gandu jkun trattat b’dinjita. Il-Knisja qal li tagħti kontribut siewi f’ħafna pajjiżi minn fejn toriġina l-immigrazzjoni rregolari billi tappoġġja skejjel u sptarijiet, minbarra għajnuniet oħra soċjali u ta’ żvilupp.

Il-President Malti tkellem ukoll dwar il-pożizzjoni ta’ Malta fuq it-tneħħija tal-kurċifiss fl-iskejjel. Spjega wkoll ir-raġunijiet għaliex Malta ddikjarat b’qawwa li ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.