• Mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru 2018, l-Insara madwar id-dinja jingħaqdu biex jitolbu u jħarsu d-dar komuni tagħna matul ix-Xahar tal-Ħolqien. It-tema għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi ‘Nimxu Flimkien’.

    Ix-Xahar tal-Ħolqien hu mifrux fuq ħames ġimgħat, mill-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien (l-1 ta’ Settembru) sal-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi (4 ta’ Ottubru), il-qaddis prottettur tal-animali u tal-ekoloġija.

    Il-Papa Franġisku waqqaf iċ-ċelebrazzjoni għall-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien fl-2015 għall-Kattoliċi, ċelebrazzjoni annwali ta’ talb u attivitajiet biex nipproteġu l-ħolqien. Fil-messaġġ tiegħu għal din is-sena, il-Papa appella lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex jieħdu ħsieb il-ħolqien—rigal li ngħatalna b’xejn—inkabbruh u nipproteġuh għall-ġenerazzjonijiet futuri.

    Ara l-messaġġ tal-Papa Franġisku għax-Xahar tal-Ħolqien 2018.