Il-Papa Franġisku jistieden lill-Insara biex jitolbu r-Rużarju matul Ottubru


  • Il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha sabiex matul ix-xahar ta’ Ottubru jitolbu kuljum ir-Rużarju u jitolbu lill-Verġni Marija u lill-Arkanġlu San Mikiel biex iħarsu l-Knisja mix-Xitan li qed jipprova jifred il-komunità Nisranija.

    Il-Papa għadda dan l-appell lis-saċerdot Ġiżwita Padre Frédéric Fornos li huwa id-Direttur Internazzjonali tan-Network Dinji ta’ Talb għall-Papa.

    Matul il-Quddiesa ċelebrata f’Dar Santa Marta fil-11 ta’ Settembru li għadda, Franġisku kien qal li t-talb hija dik il-qawwa li tirbah lill-Akkużatur il-Kbir, ix-Xitan li b’mod partikolari f’dawn iż-żmijiet qed idur id-dinja kollha jakkuża u jiskandalizza.

    Din il-kampanja speċjali ta’ talb tibda fl-1 ta’ Ottubru, meta nagħmlu t-tifkira ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u għandha l-għan ukoll li l-Knisja tagħraf dejjem aktar l-iżbalji u l-abbużi li jsiru, b’impenn imġedded li tkompli titqabad biex il-ħażin ma jirbaħx.


    Talb għal tmiem ir-Rużarju

    SUB TUUM PRAESIDIUM 
    Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
    Omm qaddisa ta’ Alla:
    la twarrabx minn quddiemek
    it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
    u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,
    o Verġni glorjuża u mbierka.


    TALBA LIL SAN MIKIEL
    San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida. 
    Kun inti l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. 
    Irażżnu Alla nitolbuk bil-ħerqa!
    Inti l-aqwa fost il-qtajja' tas-sema.  
    Itfa', bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infern, lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra,
    li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ.  
    Ammen.


    34