Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Mit‑Tlieta 2 ta’ Ottubru sat‑Tnejn 29 ta’ Ottubru, Monsinjur Arċisqof jattendi l‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet f’Ruma, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’.