Bohemian Rhapsody

  • *****

    Direttur:          Bryan Singer

    Atturi:              Rami Malek, Lucy Boynton, GwiIym Lee, Ben Hardy, Joseph Mazzello, Aidan Gillen, Tom Hollander, Allen Leech,  Mike Myers, Dermot Murphy u Max Bennet

    Ħin tal-Film:    134min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  15

    Freddie Mercury twieled ġewwa Zanzibar fit-Tanzania fil-5 ta’ Settembru, 1946. L-isem tiegħu proprja kien Farrokh Buisara. Meta kiber u l-familja emigrat lejn l-Ingilterra fis-snin sittin, hu biddel ismu għal Freddie Marcury. Beda jistudja l-pjanu ġewwa Bombay, l-Indja, illum Mumbai, fejn kien student boarder. Ġewwa Londra attenda l-Kulleġġ tal-Arti ġewwa Ealing fejn għamel ħbieb ma’ numru ta’ mużiċisti li maż-żmien tnejn minnhom kellhom jiffurmaw il-grupp famuż: Quenn. Meta Roger Taylor, li jdoqq id-drums u l-kitarrista Brian May tilfu s-servizz ta’ Smile, Mercury fl-1969, nagħqad magħhom bħala kantant. Fl-1971, John Deacon li kien jdoqq il-kitarra baxxa, inagħqad ma’ Mercury, Taylor u May biex hekk twaqqaf il-kwartett li Mercury semmieh: Queen.

    Kien f’Ġunju li daqqew għall-ewwel darba quddiem udjenza iżda kien sentejn wara li l-grupp ħareġ l-ewwel album. Is-sena ta’ wara kisbu suċċess bil-kanzunetta: Sheer Heart Attack. F’qasir żmien sabu ruħhom fil-quċċata ta’ record charts fir-Renju Unit u fl-Amerika. Fl-1975, f’album lii ħarġu Queen: A Night at the Opera, fosthom il-rock operetta: Bohemian Rhapsody, kanzunetta twila sebgħa minuti li kiteb Mercury. Din mill-ewwel telgħet fil-quċċata taċ-charts. Mercury, kien ukoll showman, b’ kapaċita li jinvolvi l-udjenza. Fil-ħajja privata tiegħu, Mercury ssir jaf lil Mary Austin li ssir il-partner tiegħu.

    Wara xi żmien hu skopra li kien bisexual. Mary ma aċċettatx din il-qagħda u telqitu. Mercury isir il-maħbub ta’ Paul Prenter, l-assistent tal-maniġer tiegħu John Reid.  Ftit snin wara, hu kisirha ma’ Paul u beda relazzjoni ma’ Jim Hutton. Sfortunatament, Mercury kien jgħix ħajja promiskwita u anke telaq il-grupp biex jifforma grupp ġdid. Fortunatament, Mercury ntebaħ fil-ħin li postu kien fil-grupp li hu stess kien waqqaf. Ġiet f’waqta u f’ħinha, għaliex Bob Geldof stieden lill-grupp biex jieħdu sehem fil-kunċert għal karità:  Live Aid li nżamm fl-1985 ġewwa Wembley Stadium quddiem udjenza kolossali. Kien trijonf  kbir għall-grupp Queen l-aktar għal wirja impekkabbli li ta Mercury. Ħasra li ftit wara Mercury sar jaf li ġie infettat bil-virus tal-AIDS. Fl-24 ta’ Novembru 1991, miet fl-età  ta’ 45 sena, b’sogħba kbira għad-dinja tar-rock.  

    Film biografiku fuq ir-rock band Queen, iffokat fuq il-kantant leġġendarju Freddie Mercury. Minħabba t-tema tal-film l-aktar il-ħajja privata mħawwda ta’ Mercury, tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena.