Il-Kummissjoni Ambjent tipproponi li l-pajjiżi Ewropej jagħtu aktar attenzjoni lin-nies

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban, li qed jiġi mfakkar illum 8 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent bagħtet ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, lill-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej u lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

    F’din l-ittra, il-Kummissjoni Ambjent tressaq il-proposta sabiex fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jingħata aktar widen u attenzjoni għall-vuċi tan-nies dwar proġetti li ser iħallu xi impatt fuq il-komunità. Il-KA tisħaq li konsultazzjoni pubblika m’għandix issir biss għaliex hekk jisħqu l-proċeduri imma ssir għaliex il-vuċi ta’ kull ċittadin hija importanti.

    Agħfas hawn biex tniżżel l-ittra tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent.