• Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żakk 2, 14-17
    Salm: Luqa 1, 46-55

    Evanġelju: Mattew 12, 46-50

  • F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.”

    Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”