L-Evanġelju tal-jum: 23 ta' Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 10, 8-11
    Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

    Evanġelju: Luqa 19, 45-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju.

    Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu.