L-Evanġelju tal-jum: 26 ta' Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 14, 1-3.4b-5
    Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

    Evanġelju: Luqa 21, 1-4

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”.