•  

  • L-Assemblea Djoċesana 2018 kompliet ilbieraħ, il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru, fejn ġew diskussi tliet dokumenti tas-Sinodu Djoċesan li ntemm fl-2003 u żewġ dokumenti oħra li saru wara s-Sinodu. Dawn huma: Viżjoni ta’ Knisja Komunjoni, Xandir tal-Kelma, Liturġija u SagramentLejn Knisja Dejjem Aktar Inklużiva u Il-Wiċċ Diġitali tal-Mulej.

    Dawn il-jumejn ta’ evalwazzjoni u diskussjoni huma l-bidu ta’ proċess li għandu jwassal biex id-dokumenti tas-Sinodu jiġu aġġornati b’mod li jirriflettu r-realtajiet soċjali preżenti filwaqt li joffru proposti u inizjattivi ġodda ta’ kif il-Knisja twieġeb għalihom.

    Fl-ewwel jum tal-Assemblea ġew diskussi d-dokumenti tas-Sinodu Kultura-Soċjetà-KnisjaDjakonija u ĠustizzjaLajċi NsaraŻwieġ u Familja u Adolexxenti u Żgħażagħ.

    L-Assemblea Djoċesana ngħalqet bil-messaġġ tal-Arcisqof Charles J. Scicluna.

     

  •