L-Evanġelju tal-jum: 7 ta' Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
    Salm: 2, 7-8.10-11

    L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

  • F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam ra dawl kbir ; dawk li kienu f’art u dell il-mewt idda dawl għalihom”.

    Minn dak iż-żmien Ġesù beda jxandar u jgħid: “Indmu għax is- Saltna tas-Smewwiet waslet”. U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu. Il-fama tiegħu xterdet mas-Sirja kollha, u bdew iġibulu lil kull min kellu xi hemm fuqu, dawk li kienu jbatu b’xi mard jew uġigħ, il-maħkumin mix-xitan, il-morda b’tal-qamar, il-mifluġin, u kien ifejjaqhom. U bdew imorru warajh folol kbar mill-Galilija, mid-Dekapoli, minn Ġerusalemm u mil-Lhudija, u mill-inħawi ’l hemm mill-Ġordan.