L-Evanġelju tal-jum: 9 ta' Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 11-18
    Salm: 71 (72), 2.10-11.12-13

    L-Evanġelju: Mk 6, 45-52

  • Wara li l-ħamest elef raġel kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob.

    Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art. Kif rahom jitħabtu jaqdfu, għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom. Huma rawh miexi fuq il-baħar u stħajluh xi fantażma, u qabdu jgħajtu, għax ilkoll tbeżżgħu kif rawh. Iżda hu minnufih kellimhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!”.

    Imbagħad tala’ ħdejhom fid-dgħajsa, u r-riħ waqaf. U komplew tnixxfu fihom infushom bil-għaġeb, għax il-miraklu tal-ħobż ma kinux fehmuh, imma moħħhom kien magħluq.