L-Evanġelju tal-jum: 11 ta' Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 5-13
    Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

    L-Evanġelju: Luqa 5, 12-16

  • Darba Ġesù kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq!”U minnufih il-lebbra marritlu.

    Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt”.

    Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta’ nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb.