Il-valur tal-ħajja

  • Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna fakkar kif it-twelid tat-tarbija ta’ Betlehem tgħallimna ngħożżu l-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Saħaq li l-Milied ifakkarna wkoll li l‑ħajja għandha valur li huwa bla prezz.

    F’għeluq il-200 sena tal-għanja O Lejl ta’ Skiet, l-Arċisqof qal li t-tarbija ta’ Betlehem tħeġġiġna wkoll nieqfu u nirriflettu fuq il-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja, mistoqsijiet li “l‑bniedem għamilhom f’kull kultura u f’kull żmien,” dwar minn fejn ġejjin u fejn sejrin.

    Appella wkoll biex “fil‑Milied, waqt li qed nagħtu rigali speċjali lil xulxin, nifhmu li Alla sar bniedem biex aħna nsibu u nibqgħu ngħixu fid‑dinjità, li nirrispettaw id‑dinjità ta’ xulxin, li naħfru lil xulxin, u li ngħixu flimkien fil‑paċi”.

    Segwi l-messaġġ tal-Arċisqof minn quddiem il-presepju fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.

    Nawgurawlkom Milied qaddis u Sena Ġdida mimlija risq.

    2