• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 7, 25 – 8, 6
    Salm: 39 (40), 7-8a.8b-9.10.17

    L-Evanġelju: 3, 7-12

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

    Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh. U l-ispirti ħżiena kull darba li kienu jilmħuh, kienu jinxteħtu fl-art quddiemu u jaqbdu jgħajtu: “Int l-Iben ta’ Alla!”. Iżda hu kien jordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien.

    Qaddis tal-jum: San Franġisk ta’ Sales, Isqof u Duttur tal-Knisja