• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 1-10
    Salm: 39 (40), 2 u 4ab.7-8a.10.11

    L-Evanġelju: Mark 3, 31-35

  • F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”.

    U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”. Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.