Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta' Santa Luċija

  • Matul Jannar 2019, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-Parroċċa ta' San Piju X, Santa Luċija.

    FIl-bidu tal-Viżta Pastorali huwa ċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u wara ltaqa’ mal-komunità ta’ Santa Luċija, mal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà civili. Waqt il-Viżta, l-Arċisqof kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal u l-adolexxenti, mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċ, kif ukoll mal-istudenti u l-edukaturi tal-iskola sekondarja fil-Kulleġġ St Thomas More.

    Fil-jiem li qatta’ f’Santa Luċija, l-Arċisqof żar anzjani u persuni morda fid-djar tagħhom.

     
  •  
  • Ritratti: knisja.mt/ritratti