• ****

    Direttur:          Robert Rodriguez

    Atturi:              Rosa Salazar, Christoph Waltz, Jennifer Connelly, Mahershala Ali, Ed Skrein, Jackie Earie Haley u Keean Johnson

    Ħin tal-Film:   122 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Fis-sena 2563, id-Dinja tinsab f’qagħda devastanti wara gwerra katastrofika. Waqt li x-xjentist ċiboriku, Dr. Dyson Ido jkun qiegħed iqalleb f’għalqa tal-iskart, jiskopri parti ta’ fuq diżinkarnata ta’ mara ċiborika, b’moħħha uman intatt. Ido jirnexxielu jsawwar ‘ġisem’ għal din il-parti li meta ħadet ir-ruħ u tiġi f’tagħha, ma ftakritx min kienet jew x’kien il-passat tagħha. Ido jtiha l-isem ta’ “Alita”, l-isem li kellha t-tifla tiegħu. Alita tagħmel ħbieb ma’ Hugo, ġuvni tampara, li kien joħlom li xi darba jitla’ f’Zalem, belt fis-sema li kienet aktar sinjura mill-Iron City fejn kien jgħix hu. Hugo jintroduċi lil Alita għall-logħba kompettitiva Motorball, tiġrija/battalja li fiha l-konkorrenti kienu jitqabdu sal-mewt.

    Waqt li Alita, lejl wieħed, tiskopri li Ido kien Hunter-Warrior, it-tnejn jiltaqgħu ma’ tliet assassini ciboriki mmexxija minn Grewishka. Ido jiġi ferut; Alita istintivament attakkat liċ-ċiboriki u wara li toqtol tnejn minnhom, hi tweġġa’ severament lil Grewishka li jirtira mill-post taħt l-art. Alita tintebaħ li kellha l-abbiltà tal-arti marzjali. Ido iżda jiskoraġġija li ssir Hunter-Warrior. L-għada,  Alita ssib u ġġibu d-dar il-ġisem ta’ Berseker minn vapur mgħarraq barra l-belt. Ido jirifjuta li jinstallah f’Alita għaliex beża’ bil-konsegwenzi li qalbha ma tkunx tiflaħ għalih. Alita mxebba’ minn Ido, irreġistrat bħala Hunter-Warror.

    Flimkien ma’ Hugo, tmur f’Kansas Bar biex titlob l-għajnuna ta’ Hunter-Warriors biex jgħinuha telimina lil Grewishka. Huma jirrifjutaw għaliex Grewishka ma kienx fuq il-lista mfittex minnhom. F’daqqa waħda, jfeġġ fil-hanut, mimli rabja, Grewishka, u jisfida lil Alita għal ġlied, waqt li jikxef li kien mibgħut minn Nova, il-boss tiegħu biex jeqridha. Għalkemm  Alita wriet kuraġġ kbir u abbiltà fl-arti marzjali, ġisimha jiġi mqatta’ minn Grewishka bi swaba  forma ta’ xfafar waqt li hi stess tgħamih. Ido, Hugo u  Hunter-Warrior sforzawh jirtira. Ido, biex isalva ħajjet Alita, jittrapjanta f’ġisimha l-ġisem ta’ Berserker li awtomatikament daħal mill-ewwel fis-sistema tagħha. X’jiġri minn hawn issa li Alita għandha ġisem ġdid? Alita tinkiteb għat-tiġrija Motorball iżda Ido jsir jaf li l-kompetituri l-ohra, Hunter-Warriors, ġew mikrija minn Vector biex joqtluha.

    Film Amerikan, mimli azzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Robert Rodriguez  u kitba ta’ James Cameron u Laeta Kalogridis. Minħabba vjolenza u kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.