• F’Jum il-Ħajja, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi appella lis-soċjetà Maltija sabiex ikun hawn aktar nies ta’ sinsla u ta’ prinċipju li kapaċi jiddefendu l-ħajja mill-bidu sat-tmiem naturali tagħha. L-Isqof saħaq fuq erba’ punti:

    Il-ħarsien tal-ħajja mhix kwistjoni ta’ mandat: Il‑protezzjoni tal‑ħajja umana, anke meta għadha fit‑tnissil, hi kwistjoni ta’ prinċipju u ma tintrabatx ma’ xi mandat li jagħti l‑poplu.
    Kburin ukoll jekk inkunu waħedna: Li tiddefendi l-ħajja m’għandux iġegħelna nistħu jew nisktu. Għandna nkunu kburin li għalina l‑ħajja umana hi tant għażiża li nixtiequ l‑aqwa żmien għat‑tarbija li għadha ma twelditx.
    Tolleranza zero għal kull theddid għall-ħajja: Kull meta l‑ħajja umana hi fil‑periklu, għandha nkunu magħqudin biex niddefenduha. Dan jgħodd għat-tarbija fil-ġuf, għal min hu fil-periklu f’nofs ta’ baħar, għal min hu mħajjar jieħu d-droga, l-anzjani u l-morda.
    Impenn biex ngħinu lin-nisa li huma vittmi: Irridu ngħinu u nagħtu sapport lin-nisa li jkollhom diffikultà bit-tqala u jitħallew weħidhom f’dan iż-żmien diffiċli.

    L-appell tal-Isqof Galea-Curmi hu biex dejjem inħarsu d-don tal-ħajja. Sostna li rridu nuru apprezzament u nitolbu għal dawk kollha li huma xhieda ta’ impenn favur il‑ħajja biex b’kuraġġ ikomplu jwasslu dan il‑messaġġ. 

    Agħfas hawn biex taqra l-omelija sħiħa tal-Isqof.