Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jagħmel Viżta Pastorali fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. L‑ewwel parroċċa li żar kienet il‑parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, bejn id‑9 u l‑14 ta’ Marzu.

    L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, li beda l‑Viżta Pastorali sentejn ilu, u l‑Isqof Galea‑Curmi, qed iżuru s‑70 parroċċa f’Malta biex jiltaqgħu mar‑realtajiet differenti ta’ kull parroċċa u jkunu qrib in‑nies.

    Il‑Viżta Pastorali tal‑Isqof Galea‑Curmi laqqgħatu mal‑komunità tal‑Iklin fejn iltaqa’ mat‑tfal, mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, kif ukoll ma’ familji, anzjani u persuni morda. Huwa ltaqa’ ma’ għadd ta’ voluntiera li b’ħafna dedikazzjoni jagħtu sehemhom f’oqsma differenti fil‑ħajja tal‑parroċċa, fosthom il‑katekisti u l‑operaturi pastorali.

    L‑Isqof Galea‑Curmi żar diversi familji li għaddejjin minn ċirkustanzi partikulari, kellu laqgħa ta’ djalogu mal-membri tal-Kunsill Lokali u żar il‑komunità kummerċjali tal‑Iklin fejn iltaqa’ mal‑ħaddiema u s‑sidien f’diversi ħwienet.

    Il‑Viżta Pastorali tal‑Isqof Awżiljarju Galea‑Curmi ser tkompli fil‑parroċċa tal‑Imtarfa fit‑30 tal‑Marzu li ġej.

    L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jagħmel Viżta Pastorali fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. L‑ewwel parroċċa li żar kienet il‑parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, bejn id‑9 u l‑14 ta’ Marzu.

    L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, li beda l‑Viżta Pastorali sentejn ilu, u l‑Isqof Galea‑Curmi, qed iżuru s‑70 parroċċa f’Malta biex jiltaqgħu mar‑realtajiet differenti ta’ kull parroċċa u jkunu qrib in‑nies.

    Il‑Viżta Pastorali tal‑Isqof Galea‑Curmi laqqgħatu mal‑komunità tal‑Iklin fejn iltaqa’ mat‑tfal, mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, kif ukoll ma’ familji, anzjani u persuni morda. Huwa ltaqa’ ma’ għadd ta’ voluntiera li b’ħafna dedikazzjoni jagħtu sehemhom f’oqsma differenti fil‑ħajja tal‑parroċċa, fosthom il‑katekisti u l‑operaturi pastorali.

    L‑Isqof Galea‑Curmi żar diversi familji li għaddejjin minn ċirkustanzi partikulari, kellu laqgħa ta’ djalogu mal-membri tal-Kunsill Lokali u żar il‑komunità kummerċjali tal‑Iklin fejn iltaqa’ mal‑ħaddiema u s‑sidien f’diversi ħwienet.

    Il‑Viżta Pastorali tal‑Isqof Awżiljarju Galea‑Curmi ser tkompli fil‑parroċċa tal‑Imtarfa fit‑30 tal‑Marzu li ġej.

     
  • Ritratti: knisja.mt/ritratti