Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fl-Imtarfa

  • Waqt il-Vizta Pastorali fil-parroċċa ta' Santa Luċija fl-Imtarfa, l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti tal-Imtarfa li attendew ghall-Quddies is-Sibt u l-Hadd, fejn kien hemm bosta tfal tal-parroċċa. L-Isqof żar ir-residenti u l-istaff ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek, ċentru għat-trattament tad-diżordni tal-ikel u tal-obeżità.

    Huwa żar ukoll l-Aġenzija Sapport, iċ-ċentru tal-Adult Training Centre, ir-residenti fid-dar tal-anzjani, u l-istudenti u l-edukaturi tal-iskola primarja tal-Imtarfa. L-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ wkoll mal-operaturi pastorali tal-parroċċa, mal-Kunsill Lokali u mas-soċjetà ċivili.

     
  • Ritratti: knisja.mt/ritratti