• L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
    Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 1, 1 – 2, 2
    Salm: 103 (104), 1-2a.5-6.10.12.13-14.24.35ċ
    It-Tieni Qari: Ġen 22,1-18
    Salm: 15 (16), 5.8.9-10.11
    It-Tielet Qari: Eż 14, 15 – 15,1
    Salm: Eż 15, 1-2.3-4.5-6.17-18
    Ir-Raba’ Qari: Is 54, 5-14
    Salm: 29 (30), 2.4.5-6.11.12a.13b
    Il-Ħames Qari: Is 55, 1-11
    Salm: Is 12, 2-3.4bċd. 5-6
    Is-Sitt Qari: Bar 3, 9-15.32 – 4,4
    Salm: 18 (19), 8.9.10.11
    Is-Seba’ Qari: Eżek 36, 16-17a.18-28
    Salm: 41 (42), 3.5bċd; 42 (43), 3.4
    It-Tmien Qari: Rum 6, 3-11
    Salm: 117 (118), 1-2.16ab-17.22-23

    L-Evanġelju: Lq 24, 1-12

  • Kmieni mas-sebħ ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew. Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar, imma meta daħlu fih, il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm. U kif kienu mħassbin fuq dan, f’daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi. In-nisa, mimlijin bil-biża’, baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: “L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? M’huwiex hawn, imma qam.

    Ftakru x’kien qalilkom meta kien għadu fil-Galilija, meta qal li jeħtieġ li Bin il-bniedem jingħata f’idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet.” U huma ftakru kliemu. Telqu lura minn ħdejn il-qabar u marru jagħtu l-aħbar ta’ dan kollu lill-Ħdax u lill-oħrajn kollha. Kienu Marija ta’ Magdala u Ġwanna u Marija ta’ Ġakbu u n-nisa l-oħra li kellhom magħhom; huma kienu li qalu b’dan lill-appostli. Imma d-diskors tagħhom l-appostli stħajjluh thewdin, u ma emmnuhomx. Madankollu Pietru qam u mar b’ġirja lejn il-qabar; tbaxxa biex iħares, imma ma rax ħlief faxex, u raġa’ lura d-dar mgħaġġeb b’li kien ġara.