• Grupp ta’ 20 żagħżugħ u żagħżugħa mir-Rumanija, l-Italja u Malta bħalissa jinsabu Malta għaliex qed jipparteċipaw f’kors ta’ taħriġ ta’ erbat ijiem. Dan il-kors hu intenzjonat biex jgħinhom fl-involviment u s-servizz tagħhom maż-żgħażagħ. Fil-ħajja ta’ kuljum dawn il-parteċipanti jiddedikaw numru ta’ sigħat fil-ġimgħa biex jiffaċilitaw u jorganizzaw attivitajiet fi gruppi taż-żgħażagħ li jmexxu fil-pajjiżi fejn jgħixu. Dawn iż-żgħażagħ, kollha mexxejja fl-Azzjoni Kattolika, kontinwament ifittxu li jkomplu jitgħallmu u jitħarġu sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizz ta’ kwalita` liż-żgħażagħ fil-gruppi.

    Dan il-kors ta’ taħriġ huwa r-raba’ parti minn proġett ikbar. L-ewwel tliet partijiet ġew organizzati matul l-2018 ġewwa l-Italja u l-ħames u l-aħħar parti se tiġi organizzata f’Awwissu ġewwa r-Rumanija. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-programm Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea.

     

  • Ritratti: ŻAK