Viżjoni Nisranija għall-Parlament Ewropew

  • Bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi se torganizza laqgħa ta’ djalogu dwar dokument li l-kummissjoni ħarġet bi proposti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-iskop tal-laqgħa huwa li flimkien niddiskutu dawn il-proposti, filwaqt li nkomplu nippromwovu spirtu ta’ djalogu politiku san bi preparazzjoni għal dan l-appuntament politiku. 

    Għal din il-laqgħa se jkun hemm rappreżentanti tal-erba’ partiti ewlenin, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ movimenti u għaqdiet reliġjużi, u mexxejja oħra fi ħdan il-Knisja.  

    Il-laqgħa ser issir it-Tlieta, 23 ta’ April 2019, f’Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera, fis-18:30. 

    Għar-reġistrazzjoni tista’ tibgħat imejl fuq gustizzjaupaci@maltadiocese.org