L-Arċisqof ser jordna erba' saċerdoti ġodda

  • Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn id‑djakni djoċesani ser issir nhar is‑Sibt, 27 ta’ April 2019, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
    • Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
    • Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa
    • Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin


    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is‑Sibt li ġej.