Il-kunċert tal-Arċisqof għall-karità

  • L-Arċidjoċesi ta' Malta qed torganizza l-ewwel edizzjoni ta' 'The Archbishop's Charity Concert' li se jsir nhar il-Ħadd 19 ta' Mejju fis-7pm, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.


    Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi. Id-dħul għall-kunċert huwa b'xejn u l-qligħ mid-donazzjonijiet fil-bieb se jmur b'risq il-Fond tal-Karità tal-Arċisqof li jgħin lill-familji u lill-persuni fil-bżonn.

    Il-kunċert huwa appoġġjat minn APS Bank plc.