"Il-mużika turik li s-sbuħija ssalva d-dinja" - L-Arċisqof

Messaġġ waqt The Archbishop's Charity Concert

  •  
  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna


  • Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

    19 ta' Mejju 2019


    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lill-artisti straordinarji Lydia Buttigieg, Alex Abela, Karen Cremona u Fiona Cauchi.

    ... parti minn dawn id-donazzjonijiet nużahom biex ngħin lill-armla u t-tfal ta’ dan ħuna li nqatel sempliċiment għax hu iswed.

    Nixtieq nirringrazzja lill-APS Bank tal-isponsorship, b’mod speċjali liċ-Chairman is-Sur Frederick Mifsud Bonnici, u lilkom ukoll tal-preżenza sabiħa u anke tal-ġenerożità tagħkom. Din il-mużika hija wkoll fejqan għall-ispirtu għaliex hi mużika li televak, tikkalmak ukoll, u turik li s-sbuħija se ssalva d-dinja, u ssalva d-dinja! Imma fid-dinja hawn il-kruha wkoll, b’mod speċjali l-kruha tal-mibegħda. Jien nixtieq li bil-permess tagħkom, parti minn dawn id-donazzjonijiet nużahom biex ngħin lill-armla u t-tfal ta’ dan ħuna li nqatel sempliċiment għax hu iswed.

    Intom tafu li lill-armla u lit-tliet itfal mhux se ntihom sold jew tnejn, jiġifieri nkunu ġenerużi. Kemm jista’ jkun nimpenjaw ruħna biex is-solidarjetà tagħna tkun konkreta. Dawn kellhom missier li ġie fostna biex ikollu ħajja ekonomikament aħjar u jrabbi familja, u miet. Proprjament qtilnieh. U aħna għandna ir-responsabbiltà biex issa, lil dawn l-ulied li ġab fid-dinja u li m’għandhomx iżjed missier, ikun hemm min jieħu ħsiebhom ukoll.

    Nirringrazzjakom ħafna u nerġa’ nirringrazzja lil dawn l-artisti. Kienet idea ta’ Dr Lydia Buttigieg. Grazzi talli tajtna l-opportunità napprezzaw anke melodiji li aħna mdorrijin nisimgħu imma semmajthomlna with a knotch higher, ta’ ċerta kwalità. Dan huwa wkoll impenn biex il-mużika, anke fil-liturġija u l-laqgħat tagħna, tkun ta’ kwalità, għax Alla dan jistħqoqqlu: li nagħtuh mill-aħjar.

    Grazzi ħafna lilkom li ġejtu u tal-ġenerożità tagħkom.


    Charles J. Scicluna
         Arċisqof ta’ Malta

     
  • Donazzjonijiet b’risq The Archbishop’s Charity Fund jistghu jsiru permezz ta’ bank transfer f’dan il-kont bankarju:

    Archdiocese of Malta Charity Fund-Mgr Charles J. Scicluna
    IBAN: MT53APSB77002000494820001626638
    SWIFT / BIC Code: APSBMTMT
    REVOLUT: +356 99241281

  •