• Bejn id-19 u l-21 ta’ Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib f’Ta’ Xbiex.

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti ta’ Ta’ Xbiex li attendew għall-Quddiesa tal-Ħadd u li għaliha attendew ukoll bosta tfal mill-parroċċa. Fit-tliet ijiem li qatta’ f’Ta’ Xbiex, l-Isqof iltaqa’ mal-ġenituri tat-tfal, mal-katekisti u mal-operaturi pastorali. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ familji u mal-komunità tal-patrijiet Terezjani li tmexxi din il-parroċċa.