• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 17, 15.22 – 18, 1
    Salm: 148, 1-2.11-12ab.12ċ-13a.13bċd-14

    L-Evanġelju: Ġw 16, 12-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.

    Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom”.

    Qaddis tal-jum: San Pawlu VI, Papa