L-Evanġelju tal-jum: 3 ta' Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
    Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

    L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

  • F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”.

    Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi. Iżda waħdi m’iniex, għax il-Missier huwa miegħi. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!”

    Qaddisin tal-jum: San Karlu Lwanga u sħabu, Martri; San Ġwanni XXIII, Papa