• Il‑Fondazzjoni għall‑Istudji Teoloġiċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed terġa’ toffri skema ta’ boroż ta’ studju biex tgħin lil min jixtieq ikompli l‑istudju tat‑teoloġija u l‑oqsma pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑għan ta’ din l‑iskema hu li aktar lajċi jitħarrġu akkademikament sabiex jagħtu sehemhom fil‑Knisja u fis‑soċjetà.

    Għas‑sena akkademika 2019‑2020, il‑Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż ta’ €2,000 għal min japplika għal dawn il‑korsijiet:

    • Baċellerat fl‑Arti (bl‑Unuri) fit‑Teoloġija (part‑time)
    • Master fil‑Bijoetika
    • Master fl‑Etika tan-Negozju
    • Master fl‑Etika Ambjentali
    • Master fit‑Teoloġija
    • Master fl‑Istudji Reliġjużi

    L‑applikazzjonijiet għall‑boroż ta’ studju jagħlqu fis‑16 ta’ Settembru 2019. Aktar dettalji dwar l‑iskema u l‑applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq www.um.edu.mt/theology/bursaries.

    1