• Id-dekan u l-istaff tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta jistiednu lill-eks studenti kollha tal-Fakultà għal reunion li se ssir nhar it-Tlieta 2 ta’ Lulju 2019. L-attività se tibda b’Quddiesa fis-7pm fil-kappella tac-Chaplaincy tal-Università u wara se jkun hemm riċeviment żgħir. Dakinhar se jsir ukoll ringrazzjament lil Fr René Camilleri fi tmiem il-ħidma twila tiegħu fil-Fakultà. 

    Kull min hu interessat jattendi għandu jirreġistra permezz ta’ din il-link: www.um.edu.mt/theology/register