• Nhar it-Tnejn li ġej, l-1 ta’ Lulju, hu jum il-festa tal-Beatu Nazju Falzon.

    Il-festa tal-beatu tiġi ċċelebrata f’diversi knejjes, iżda b’mod speċjali, fil-knisja Tal-Ġiżwiti, fejn Nazju Falzon waqqaf il-Kongregazzjoni tar-Rużarju biex il-membri tas-servizzi jinġabru jitolbu qabel joħorġu għall-gwerra u fejn ġew mgħammda 400 mis-650 li ġew imħejjija minnu għall-Magħmudija. Il-festa tal-Beatu Nazju Falzon tiġi ċċelebrata wkoll fil-knisja tal-Patrijiet Frangiskani Minuri,‘Ta’ Ġieżu’, fejn jinsab midfun fil-qabar tal-familja.

    F’jum il-festa, fil-knisja Tal-Ġiżwiti fl-10am se jkun hemm quddiesa għall-membri tas-servizzi; fil-11am se jkun hemm quddiesa bl-Ingliż għall-komunità; u f’12pm issir quddiesa għall-avukati, li Nazju Falzon intagħżel bħala l-patrun tagħhom.

    Fil-knisja Ta’ Ġieżu fil-11am se ssir quddiesa għall-morda u fis-6pm  se ssir quddiesa mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.