• Il-Ħadd 7 ta’ Lulju, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Martirju ta’ San Pawl, fil-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat.

    Il-Ħamis 11 ta’ Lulju, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu.

    Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 14 ta’ Lulju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-bidu tal-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa. Matul il-Quddiesa l-Arċisqof jamministra s-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija.

    It-Tlieta 16 ta’ Lulju, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.