L-Evanġelju tal-jum: 11 ta' Lulju

  • San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa - Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Prov 2: 1-19
    Salm: 33, 2-4.6.9.12.14-15

    L-Evanġelju: Mt 19:27-29

  • F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

    Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel.

    U kull min iħalli ’l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.”

    14