• Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 18, 1-10a
    Salm: 14 (15), 2-3ab. 3ċd-4ab. 5
    It-Tieni Qari: Kol 1, 24-28

    L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi”.

    Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex”.