Id-69 Kapitlu Provinċjali tal-Aħwa Kapuċċini tal-Provinċja Maltija

  • Fil-bidu ta' Lulju ġie ċċelebrat id-69 Kapitlu Provinċjali Ordinarju Elettiv tal-Aħwa Kapuċċini Maltin. Dan il-kapitlu sar fil-kunvent tas-Salib Imqaddes fil-Furjana u għalih attendew 53 Aħwa Kapuċċini.

    Matul il-ġimgħa tal-Kapitlu, il-patrijiet Kapuċċini kellhom iċ-ċans jitolbu, jiddiskutu u anke jfasslu flimkien programm għall-futur tal-Provinċja. F’dan il-Kapitlu, ippresedut mill-Ministru Ġenerali tal-Ordni tal-Kapuċċini Patri Roberto Genuin u fil-preżenza tal-Kunsillier Ġenerali Patri Pio Morat, saru wkoll l-elezzjonijiet tal-Ministru Provinċjali u anke tal-Kunsill tiegħu għat-tliet snin li ġejjin.

    Fl-elezzjonijiet intagħżlu: Patri Effie Mallia (Ministru Provinċjali), Patri Hayden Williams (Vigarju Provinċjali) Patri Silvestru Bonavia (Kunsillier), Fra Miguel Zammit (Kunsillier) u Patri Carmelo Aquilina (Kunsillier).

    Il-Kapitlu, li sar bejn l-1 u l-5 ta’ Lulju 2019, serva wkoll biex dawn l-Aħwa miġbura lkoll flimkien jismigħu dwar dak kollu li sar matul dawn it-tliet snin u flimkien jevalwaw ħidmiethom u anke jgħixu mumenti ta’ fraternità.