Websajt ġdida mis-sorijiet Dumnikani f'Malta

  • Il-Kapitlu serva wkoll biex dawn l-Aħwa miġbura lkoll flimkien jismigħu dwar dak kollu li sar matul dawn it-tliet snin u flimkien jevalwaw ħidmiethom u anke jgħixu mumenti ta’ fraternità.

    Il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Dumnikani ta’ Malta, (Dominican Sisters of Malta), nediet uffiċjalment il-websajt il-ġdida tagħha. Fost materjal li wieħed jista' jsib f'dan is-sit hemm: informazzjoni dwar is-Sorijiet Dumnikani ta' Malta u l-kunventi tagħhom madwar  Malta, Għawdex u f’pajjizi oħra, avvenimenti u aħbarijiet, talb, riflessjonijiet, kalendarju tal-Qaddisin, vokazzjoni u ż-żgħażagħ. 

    Il-Madre Ġenerali Carmelita Borg O.P.  stqarret li fid-dinja tal-lum huma importanti li l-informazzjoni dwar is-sorijiet Dumnikani tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dan għaliex fi kliem il-Madre, jinħoloq mhux biss interess iżda wkoll kuntatt aktar mill-qrib bejn il-kongregazzjoni u l-individwi minn madwar mad-dinja kollha.  

    Link għall-websajt: http://www.dominicansistersopmalta.wordpress.com