Open Weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju, il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana qed tiftaħ il‑bibien tagħha għall‑pubbliku nhar is‑Sibt 20 ta’ Lulju (5pm-9pm) u l‑Ħadd 21 ta’ Lulju (9am-1pm). Il‑pubbliku hu mistieden iżur il‑bini tal‑Kurja li kien magħruf bħala Casa Manresa, u jara x‑xogħol ta’ restawr li qed isir.

    Matul dawn il‑jumejn ser jiġu organizzati guided tours kull siegħa, kunċerti fil‑bitħa ċentrali, u żewġ esebizzjonijiet b’dokumenti mill‑Arkivju Djoċesan li jmorru lura għas‑seklu 16 u b’pitturi tal‑artist Joseph Calleja. Min jattendi jista’ jieħu sehem f’treasure hunt marbuta mal‑istorja, mal‑bini u mal‑pitturi tal‑Kurja.

    Is‑Sibt fis‑7pm u l‑Ħadd fl‑10am ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil‑kappella tal‑Madonna ta’ Manresa. Id‑dħul huwa b’xejn. Donazzjonijiet b’risq The Archbishop’s Charity Fund jiġu apprezzati.

    Agħfas hawn għal aktar dettalji.

    2
     Advanced issues found
    5