• *****

    Direttur:          David Leitch

    Atturi:              Dwayne Johnson, Jason Statham, Ediris Elba, Vanessa Kirby, Helen Mirren u Elaz Gonzàbez

    Ħin tal-Film:    136 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:                            12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISA:                                   12

    L-aġent federali, Luke Hobbs u l-merċenarju, Dechard Shaw, jinsabu jgħixu ħajja separata minn xulxin. Waqt li Hobbs jaħdem mas-Servizzi Diplomatiċi għas-Sigurtà waqt li qiegħed jagħmel ħiltu biex jibni relazzjoni tajba mat-tifla tiegħu, Deckard mar jgħix ġewwa Londra. Sadanittant, aġenti tal-M16, taħt it-tmexxija ta’ Hattie Shaw jidħlu f’maħżen f’Etheon biex jaħtfu kapsula b’virus qerriedi li Brixton Lore, bniedem bla kuxjenza, akkwista b’teknoloġija avvanzata. Hu kellu ħiliet sopranaturali.

    Meta jasal fil-ħin fuq il-post, b’ħila kbira, xejjen l-attentat tal-M16. Għalkemm joqtol l-aġenti tal-M16, iżda Hattie taħrab minn fuq il-post fil-ħin wara li rrnexxielha tinjetta lilha nfisha bil-virus. Brixton ta’ bniedam diżonest, jiffrejmjaha li serqet kapsula b’virus qerriedi u hekk tiġi meqjusa bħala terrorista perikoluża.

    Sadanittant, f’Londra, Deckard jiltaqa’ m’ommu Magdeline li nkoraġġitu biex jassisti lil oħtu Hattie. Kontra qalbu, Deckard jaċċetta iżda malajr  jintebaħ li hi kienet qegħda tkun segwita minn numru kbir ta’ suldati armati sew madwar it-toroq ta’ Londra għax Brixton kien bagħat biex jelliminawha. Hobbs fuq informazzjoni  mill-awtorità, jasal biex jgħin. Hattie  tinfurmahom bil-missjoni delikata afdata f’idejha mill-M16 u kien għalhekk li Brixton kien qieghed isegwi l-passi tagħha. Hobbs u Shaw jaqblu li jgħinu għalkemm ma kienux jaraw għajn m’għajn. Shaw imur fid-dar ta’ Hattie li issa tinsab imfittixja. Jasal ukoll Hobbs li jsir jaf fejn kienet tgħix. Hu jeħodha mieghu fl-uffiċċju tas-CIA, iżda Brixton u ċ-ċorma tiegħu jirnexxilhom jippenetraw l-uffiċċju u joqtlu numru ta’ aġenti tas-CIA, jaħtfu lil Hattie għalkemm Shaw u Hobbs jirnexxielhom jwaqqfuhom milli jħallu l-post.

    Meta Hobbs, Shaw u Hattie jaħarbu minn fuq il-post, Brixton u ċ-ċorma tiegħu jitilqu għal warajahom f’ġirja sfrenata fit-toroq ta’ Londra. Wara li rnexxielhom jiskappaw b’wiċċ il-ġid, it-tnejn isibu l-Professur Andreiko li kien ivvinta l-virus. Dan infurmahom li biex Hattie tkun tista’ tgħix kien hemm il-bżonn li jakkwistaw tagħmir speċjali li seta’ jgħin biex iġib fix-xejn il-virus u hekk Hattie tibqa’ ħajja. Biex jagħmlu dan kien hemm bżonn li jmorru fl-Ukrajna fejn hemm ġewwa fabbrika f’Etheon kien jinsab dan it-tagħmir. X’jiġri minn hawn?     

    Film Amerikan  taħt id-direzzjoni ta’ David Leitch u kitba ta’ Chris Moran u Drew Pearce. Għalkemm mimli azzjoni u vjolenza iżda mhux imdemmija, kif ukoll xi ċajt u kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.