• Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2019, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost id‑disa’ korsijiet offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑Ekumeniżmu, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu,  l‑ispiritwalità, l‑irwol tan‑Nisrani fis‑soċjetà, u oħrajn.

    Il‑korsijiet offruti huma dawn:

    • L‑Iżvilupp tar‑Responsabbiltà Ambjentali/Developing Environmental Responsibility (Livell 4)
    • L‑Iskoperta tal‑Fidi Permezz tal‑Arti/The Way of Beauty: Discovering Faith Through Art (Livell 4)
    • L‑Esperjenza Umana ta’ Alla fit‑Talb/The Human Experience of God in Prayer (Livell 4)
    • L‑Ekumeniżmu/Ecumenism (Livell 5)
    • Il‑Ministeru Pastorali tal‑Familja/Family Ministry (MQF Livell 5)
    • L‑Għeruq tal‑Fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu/Jewish Roots in Christianity (Livell 5)
    • It‑Teoloġija/Theology (MQF Livell 5)
    • Il‑Kura Pastorali fl‑Iskejjel/Pastoral Care ‑ Chaplaincy in Schools (MQF Livell 6)
    • Id‑Dimensjoni Spiritwali fil‑Kura tas‑Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (MQF Livell 6)


    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja. Il‑korsijiet huma akkreditati mill‑Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award.

    Il‑prospectus għas‑sena akkademika 2019–2020 jista’ jitniżżel mill‑websajt www.maltapfi.org/courses.php. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat imejl fuq [email protected].