L-Evanġelju tal-jum: 10 ta' Awwissu

  • San Lawrenz, Djaknu u Martri - Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-10
    Salm: 111, 1-2.5-9

    L-Evanġelju: Ġw 12, 24-26

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

    Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġaħ.”