Playmobil: The Movie

  • ****

    Direttur:          Lino DiSalvo

    Atturi:              Anya Taylor-Joy, Gabriel Bateman u Ryan S. Hill

    Ilħna:               Jim Gaffigan, Daniel Radcliffe, Spike Spencer, Wznda McLendin-Corvey, Adam Lambert, Maghan Trainer u Lino DiSalvo

    Ħin tal-Film:    99 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  U

    Marla Brenner hi tfajla fuq tagħha ta’sbatax-il sena. Il-pjaċir tagħha kien li tilgħab ma’ ħuha ż-żgħir ta’ sitt snin. Kienu tassew jinġibu bejniethom. Charlie minn età żgħira kien dejjem joħlom li xi darba jsib ruħu f’xi pajjiż ta’ fantasija fejn hemm qatt ma kienu jonqsu avventuri tal-ġenn. Marla kienet tiggustah iżda dejjem kienet twiddbu li l-fantasija li kien joħlom biha kienet biss fil-moħħ fertili tiegħu.  Għal Marla u Charlie, ħajjithom nbiddlet għal kollox meta ħadu l-aħbar li l-ġenituri tagħhom kellhom inċident fatali  stradali u li tilfu ħajjithom it-tnejn. Marla issa ta’ adulta, sabet ruħha tieħu ħsieb lil ħuha li mhux dejjem kien jaċċetta dak li tgħidlu.

    Darba waħda Charlie ħareġ bla permess  mid-dar u fettillu jmur  ġewwa amusement mall fejn wieħed kien isib wirja ta’ pupi żgħar maħluqa mill-kumpanija Playmobil li matul iż-żmien kienet kapaċi toħloq, b’sengħa kbira tant karattri li kienu saħħru tant tfal kif ukoll kbar. Semmi x’ma kienx hemm, pupi tal-plamobil f’xeni ta’ kull forma li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-ħajja ta’ kuljum iżda minflok dawn ħajjin kienu biss pupi, tal-istess daqs u għamla iżda mlibbsin differenti. Marla meta ntebħet li Charlie kien nieqes mid-dar ma kellhiex alternattiva ħlief li tmur tara fejn mar. Il-ħsieb tagħha mar fejn fil-fatt Charlie kien mar. Għalkemm l-amusemmet mall kien maghluq, Marla pperswadiet lill-għassies li ħuha kien jinsab hemm ġew. U tabilhaqq hekk kien!

    Charlie hemm ġew sab ruħu f'fantasija tal-ġenn, b’xeni meraviljużi li hu kien dejjem joħlom bihom u li issa saru realtà. Marla ħadet ir-ruħ iżda minn hawn jibdew avventuri għat-tnejn hekk kif il-fairy godmother tittrasformahom u t-tnejn isibu ruħhom mibdula f’pupi tal-playmobil. Qatt ma bassru li kienu sejrin jidħlu f’avventura li mhux biss ħallithom bla nifs iżda wkoll permess ta’ animazzjoni komputerizzata, għal dawk li jiddeċiedu li jmorru jaraw din l-avventura, mingħajr ma jridu jsiru wkoll parti minn dawn  l-avventuri.

    Film bl-Ingliż u animat komputerizzat minn produzzjoni Franċiża, taħt id-direzzjoni u kitba ta’ Lino DiSalvo. Barra li għandu xeni kontinwi ta’ avventuri li jħalluk bla nifs, bi storja ħelwa u pożittiva, żgur għandu jogħġob lil kulħadd.